News
Arkivju tal-aħbarijiet
- 29/3/2019 - Termini ġodda fi 23 lingwa tal-UE
60 terminu ġdid u d-definizzjonijiet tagħhom issa huma disponibbli fl-ECHA-term fi 23 lingwa tal-UE. Il-maġġoranza tal-entrati l-ġodda huma t- termini u l-abbrevjazzjonijiet relatati mal-attivitajiet ta’ Ċentri għal kontra l-velenu u ġejjin minn:
- l-Anness VIII dwar l-informazzjoni armonizzata relatata mar-reazzjoni ta’ emerġenza relatata mas-saħħa (Regolament (UE) 2017/542 li jemenda r-Regolament CLP (KE) 1272/2008);
- il-Gwida dwar l-informazzjoni armonizzata relatata mar-reazzjoni ta’ emerġenza relatata mas-saħħa – Anness VIII għal CLP.
L-utenti jistgħu jikkonsultaw il-bażi ta’ data għat-termini u d-definizzjonijiet tagħhom f’lingwi differenti kif ukoll iniżżluhom mingħajr ħlas.
- 19/1/2017 - Termini ġodda disponibbli fi 23 lingwa tal-UE
50 terminu ġdid u d-definizzjonijiet tagħhom issa huma disponibbli fuq l-ECHA-term fi 23 lingwa tal-UE. It-terminoloġija l-ġdida ġejja minn:
- Gwida dwar Skedi ta' data ta' sigurtà
- Anness V għar-Regolament CLP (dikjarazzjonijiet ta' periklu aġġornati)
- Gwida dwar ir-Rekwiżiti tal-Informazzjoni u Valutazzjoni tas-Sigurtà Kimika, Kapitolu R.12: Deskrizzjoni tal-użu - ġew miżjuda termini ġodda bbażati fuq il-feedback tal-utenti
Il-bażi ta' data issa fiha 1 400 entrata bl-Ingliż. L-utenti jistgħu jikkonsultaw it-termini u d-definizzjonijiiet tagħhom f'lingwi differenti u jniżżluhom mingħajr ħlas.
- 30/6/2015 - Terminoloġija ġdida dwar il-bijoċidi fi 23 lingwa tal-UE
Aktar termini ewlenin relatati mal-bijoċidi issa jinstabu fl-ECHA-term bi 23 lingwa tal-UE. Hemm 38 terminu ġdid meħudin mir-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali. B'kollox, il-bażi ta' data fiha kważi 1350 entrata bl-Ingliż. L-utenti jistgħu jikkonsultaw it-termini jew id-definizzjonijiiet tagħhom f'lingwi differenti u jniżżlu t-termini mingħajr ħlas.
- 30/1/2015 - L-ECHA-term emigrat għall-ECHA
L-ECHA-term issa emigrat miċ- Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) għall-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi biex jiġu sinkronizzati l-applikazzjonijiet kollha tal-ECHA u biex jitnaqqsu l-ispejjeż. Il-funzjonalitajiet kollha jibqgħu l-istess. L-utenti jistgħu jikkonsultaw it-termini jew id-definizzjonijiet tagħhom f'lingwi differenti u jniżżlu t-termini mingħajr ħlas. X'hemm ġdid?
- URL – echa-term.echa.europa.eu
- Dettalji ta' kuntatti ġodda – il-feedback jista' jintbagħat direttament lil ECHA echatransl@echa.europa.eu
- Tqassim imtejjeb
Nirringrazzjaw b'mod speċjali liċ-CdT għall-appoġġ tekniku tagħhom matul l-aħħar snin.
- 30/1/2015 - L-ECHA-term emigrat għall-ECHA
L-ECHA-term issa emigrat miċ- Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) għall-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi biex jiġu sinkronizzati l-applikazzjonijiet kollha tal-ECHA u biex jitnaqqsu l-ispejjeż. Il-funzjonalitajiet kollha jibqgħu l-istess. L-utenti jistgħu jikkonsultaw it-termini jew id-definizzjonijiet tagħhom f'lingwi differenti u jniżżlu t-termini mingħajr ħlas. X'hemm ġdid?
- URL – echa-term.echa.europa.eu
- Dettalji ta' kuntatti ġodda – il-feedback jista' jintbagħat direttament lil ECHA echatransl@echa.europa.eu
- Tqassim imtejjeb
Nirringrazzjaw b'mod speċjali liċ-CdT għall-appoġġ tekniku tagħhom matul l-aħħar snin.
- 8/9/2014 - New functionalities on ECHA-term to improve its usability
ECHA-term is now more user-friendly. Check the new features and make the best use out of it. What's new?
- Possibility to select more than one target language in the search screen
- More download options – you can type one single entry and download it in the languages chosen or select the list of all or certain terms as usual
- Possibility to download the term and related information from the results screen
ECHA-term is a multilingual terminology database supporting your work in 23 EU languages.
- 7/4/2014 - Iktar terminoloġija dwar il-bijoċidi fuq l-ECHA-term fi 23 lingwa tal-UE
Aktar termini ewlenin relatati mal-bijoċidi issa jinstabu fuq l-ECHA-term fi 23 lingwa tal-UE. Hemm 54 terminu ġdid li ttieħdu mir-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali. B'kollox, id-database fiha iktar minn 1 300 entrata bl-Ingliż. L-utenti jistgħu jikkonsultaw it-termini jew it-tifsiriet tagħhom f'lingwi differenti u jniżżluhom mingħajr ħlas.
- 11/2/2014 - It-termini CLP jinsabu issa onlajn bil-Kroat ukoll
Iktar terminoloġija bil-Kroat hija issa disponibbli fuq l-ECHA-term. Minbarra t-terminoloġija importanti tar-REACH li ġiet imtella' din is-sena, l-utenti jistgħu jsibu t-termini CLP u l-istqarrijiet perikolużi/prekawzjonarji. B'kollox, iktar minn 300 entrata tas-CLP relatata mad-definizzjoni tagħhom hija issa disponibbli. It-termini jistgħu jiġu ffiltrati skont il-kamp u jitniżżlu fil-format Microsoft Excel jew TermBase eXchange.
L-ECHA-term tappoġġa xogħlok fi 23 lingwa tal-UE.
- 1/10/2013 - It-termini CLP jinsabu issa onlajn bil-Kroat ukoll
Iktar terminoloġija bil-Kroat hija issa disponibbli fuq l-ECHA-term. Minbarra t-terminoloġija importanti tar-REACH li ġiet imtella' din is-sena, l-utenti jistgħu jsibu t-termini CLP u l-istqarrijiet perikolużi/prekawzjonarji. B'kollox, iktar minn 300 entrata tas-CLP relatata mad-definizzjoni tagħhom hija issa disponibbli. It-termini jistgħu jiġu ffiltrati skont il-kamp u jitniżżlu fil-format Microsoft Excel jew TermBase eXchange.
L-ECHA-term tappoġġa xogħlok fi 23 lingwa tal-UE. - 10/6/2013 - It-terminoloġija essenzjali ta' REACH issa disponibbli wkoll bil-Kroat
Kważi 300 terminu ta' REACH flimkien mad-definizzjonijiet tagħhom issa jinsabu disponibbli bil-Kroat fuq l-ECHA-term.Aktar tard din is-sena ser tiżdied iżjed terminoloġija bil-Kroat.It-termini jistgħu jiġu ffiltrati skont il-kamp u jitniżżlu fil-format Microsoft Excel jew TermBase eXchange.
L-ECHA-term fiha iżjed minn 1,000 terminu li għandhom x'jaqsmu ma' REACH, CLP u mal-bijoċidi bid-definizzjonijiet tagħhom fi 22 lingwa tal-UE, inklużi l-indikazzjonijiet ta' prekawzjoni u ta' periklu tas-CLP u l-piktogrammi.
- 15/5/2013 - It-terminoloġija tal-ECHA-term issa tista' titniżżel faċilment.
L-utenti tal-ECHA-term li jkunu jixtiequ jniżżlu t-terminoloġija jew jibagħtu xi kummenti fuq l-entrati issa m'għadx għandhom bżonn jirreġistraw. L-obbligu tar-reġistrazzjoni tneħħa wara l-aħħar stħarriġ mal-utenti li sar dwar l-ECHA-term. It-termini jistgħu jiġu ffiltrati skont il-kamp u jitniżżlu fil-format Microsoft Excel jew TermBase eXchange. L-utenti jistgħu wkoll jagħżlu l-kombinazzjoni tal-lingwi billi jagħżlu waħda, tnejn jew iżjed mil-lingwi tal-UE.
L-ECHA-term fiha iżjed minn 1,000 terminu li għandhom x'jaqsmu ma' REACH, CLP u mal-bijoċidi bid-definizzjonijiet tagħhom fi 22 lingwa tal-UE, inklużi l-indikazzjonijiet ta' prekawzjoni u ta' periklu tas-CLP u l-piktogrammi.
- 11/2/2013 - Terminoloġija ġdida issa disponibbli fl-ECHA-term
Iddaħħlet terminoloġija ġdida fl-ECHA-term b'żieda ta' kważi 50 entrata ġdida misluta mir-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali li daħal fis-seħħ f'Settembru 2013. L-utenti tal-bażi tad-dejta jistgħu jsibu wkoll l-ismijiet ta' 31 sustanza ġdida ta' tħassib kbir misluta mil-Lista ta' Kandidati u 37 terminu ġdid meħuda mid-dokumenti ta' gwida u mid-dokumenti ta' amministrazzjoni.
It-tiftix skont it-tip tat-terminu huwa l-aktar metodu prattiku biex tikkonsulta dawn l-entrati, it-tifsiriet tagħhom u l-materjal ta' referenza relatat. L-utenti jistgħu wkoll iqallbu lista alfabetika bil-lingwa tagħhom li tinkludi t-termini eżistenti kollha u jniżżlu d-dejta ħalli jarawha offlajn.
L-ECHA-term tkopri terminoloġija fi 22 lingwa tal-UE.
- 19/12/2012 - Ippubblikati r-riżultati tal-istħarriġ tal-ECHA-term tal-utent
L-ECHA ppubblikat l-ewwel rapport tagħha tal-istħarriġ tal-ECHA-term tal-utent. Ir-riżultati juru li l-ECHA-term tabilħaqq jappoġġa x-xogħol tal-utenti tiegħu fit-22 lingwa tal-UE: 67% minnhom qablu mal-istqarrija li d-dejtabejż tagħmlilhom xogħolhom aktar effiċjenti u hija sempliċi biex tużaha.
Dawk li l-aktar wieġbu għall-istħarriġ kienu ġejjin mill-industrija (56%) u t-traduzzjoni (22%). Ir-rispons riċevut se jiġi kkonsidrat fl-iżviluppi futuri tad-dejtabejż.
→ Ir-rapport huwa disponibbli hawn.
- 14/6/2012 - Stħarriġ għall-utent dwar it-termini tal-ECHA 2012 – l-opinjoni tiegħek tgħodd!
L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, is-sena l-oħra nediet bażi tad-dejta tat-termini tal-ECHA. Din ipprovdiet termini ewlenin REACH u CLP lil eluf ta' utenti f'aktar minn 30 pajjiż, fi 22 lingwa tal-UE.
Nixtiequ nkunu nafu l-opinjonijiet tiegħek dwar il-bażi tad-dejta . L-istħarriġ jikkonsisti fi 11-il mistoqsija u jieħu madwar 10 minuti. Aħna nistennew bil-ħerqa l-opinjonijiet tiegħek dwar l-iżvilupp tal-bażi tad-dejta u l-espansjoni tal-kontenut tagħha. Ir-riżultati tal-istħarriġ ser jiġu ppubblikati fil-ħarifa. - 23/5/2012 - Terminoloġija ġdida issa disponibbli fl-ECHA-term
43 daħla ġdida mid-dokumenti ta' gwida tal-ECHA bħall-Gwida fuq l-intermedjarji u Kapitlu R.5 tal-Gwida dwar il-ħtiġijiet ta' informazzjoni u s-CSA ġew miżjuda mal-ECHA-term. Barraminnhekk, hemm inklużi 95 daħla ġdida li jinkludu l-ismijiet tal-unitajiet oranizzattivi tal-ECHA, it-titli tal-manwali tal-ECHA kif ukoll il-gwidi prattiċi. It-tiftix skont it-tip tat-terminu huwa l-aktar metodu prattiku biex tikkonsulta dawn l-entrati, it-tifsiriet tagħhom u l-materjal ta' referenza relatat.
L-ECHA-term inbidel ukoll viżwalment biex jirrifletti l-identità korporattiva ġdida. Xi żviluppi teknikiċi kienu integrati wkoll biex id-dejtabejż tkun aktar attraenti għall-utenti. L-aktar termini mfittxija huma miktuba fis-sħaba tal-kliem.
L-ECHA-term tkopri terminoloġija fi 22 lingwa tal-UE.
Categories Display
Route: .live2